Monday, May 02, 2005

Xammar minn hemm!

Ikolli nghid is-sajf xeba msakkar fil-kaxxetta griza taht it-tieqa tas-salott tad-dar tax-Xitwa. Qabel ix-xitwa kellha palazz fejn tghammar imma biz-zmien, is-Sajf beda jiehu over u llum il-gurnata seraq hafna mill-jiem u anke xhur tas-sena.

Illum kixef sidru. Bhalma ghamilt jien biex naqbez fil-bahar mera t'Ghar Lapsi dalghodu. U bhalma ghamlu hafna nies fuq il-boks illejla. Il-pjazza ta Bugibba mahnuqa bin-nies u l-muzika ddamdam ghal min issettja widnejh apposta.

Kollox irid ikun. U ahna bhala wlied l-eccitament infittxuh kullimkien. Hekk maghmulin!

"Ada irrid nigi ghandek zgur!"
Warrab minn quddiemi, ttellifnix.

Ma tistax tafdahom...

1 Comments:

Blogger zaren said...

jien nista nigi s ghandek please?

5:23 PM  

Post a Comment

<< Home