When a blind man cries...
Ghaddej minn zmien li nhares fejn inhares nilmah biss lasti tal-futbol, kollha b'xibka gdida bajdanija,, ticcaqlaq maz-ziffa tistenna ghatxana li thaddan il-ballun. Forsi l-film li rajt il-gimgha l'ghaddiet halla l-effett tieghu imma l-lasti hemm kienu u hemm baqghu...anzi tkattru.
Sadattant jien, daqqa bil-gear tat-team, daqqa bit-trekksjut tat-tahrig, daqqa bi slipper u daqqiet ohra bil-karkur, niggagilja bil-ballun kif naf u nispara x-xuttijiet 'l hinn u 'l hawn. Xi minn daqqiet, iz-zmien kollu li ghamilt wieqaf juri ruhu fi blalen jghaddu kemm kemm barra, lasti jew blalen barra mill-grawnd imma jkolli nghid dan l-ahhar kliem il-kowc tieghi u ghemili bdew jiltaqghu aktar ta spiss u nazzarda nghid li anke gieli kienu id f'id.
Bhalissa fegget il-craze ta' interessi barranin u qed ikolli ghadd ta seminars, lekcers u friendlijs ma clubs u plejers ohra. Barra minnhekk l-ghajta ghal barra minn Xtutna qed tkun aktar persistenti u qed nahdem ghal din l-esperjenza li kull plejer jistqarr, ikun amacer kemm ikun li hi pivit, il-klajmeks, l-apice ta hajtu.
Nibqa' nishaq li t-tbissima kollox. It-tbissima hi seher u fuq min ma tahdimx ikun mahruq, infuskat fi kruhitu u mnawwar imma fejn issib is-siehba taghha ghid li hemm ikun hemm il-frott. U min jaghmel sittin, min sebghin u min mija.
...he feels it from his soul.

0 Comments:
Post a Comment
<< Home