Friday, July 01, 2005

Il-Jien u lil Hinn Minnu Pt.4

Hekk, bl-amment, ma nafx jekk hemmx kelma ghal feeling bil-Malti. Ghal ghandi feeling li llum sa nitilghu, ghandna. Dak li hassejt jien u miexi qalb in-nies, tant b'sahhtu li lanqas il-muzika kerha ma setghet twarrab anzi ghenitni nkattar in-nirien gewwiena. Imma fil-kas ta' feeling ta' tfajjel li waqa' f'bir u niezel niezel u jdur fuqu nnifsu u jinqaleb u jibqa' niezel b'idejh miftuha, nahseb m'ghandniex. Toqghod tghid, il-hajja minsuga minn dawn il-feelings. {Forsi ahna mghagglin wisq biex insibu kelma jew m'ghandniex minn dawn..?}

Spiss inkun dak it-tfajjel tal-bir. Ma nistax nghid li dan hu kollu iswed u mudlam, umduz u morr imma jien x'jien, niezel qieghed u b'certa sahha u lanqas li ha nsib xaqq fil-hajt jew xi zokk biex inzomm ftit, niehu nifs. Iz-zmien jghaddi jrid, hniena ma tezistix u jekk ma tkunx attent iz-zokk flok ghajnuna ikun xkiel ghax jekk ma tindunax bih, jtik skoss li jcaqlaqlek il-pedament sod tat-trobbija folklorista.

Fil-fatt, mhux l-ewwel darba li jien u niezel nislet is-sejf u narma nitqabad b'qilla ma xi valuri li ghadhom ma tghattewx bil-heziz zellieqi. Nemmen hafna fil-valuri u li ghad baqghali inhaddanhom bil-qalb imma jkun hemm uhud li bhal donnhom jiskadu jew jahdmu biss f'dinja tal-holm u dawn fil-verita' jxekklu jistghu jew jintrabtu ma jdejk u ghonqok u jhalluk bla nifs, fgat f'bir tond u bla qiegh.

U tal-klassi. Ma jezistux brejks jew waqfiet ohra imma l-lezzjonijiet varjati bil-bosta u l-ghalliema jinbidlu il-hin kollu ghalkemm uhud minnhom ghandhom post fiss u jkunu jafu aktar mill-qrib id-dixxipli taghhom. Kultant ikollna harga tal-iskola, bhalissa komuni hargiet f'gonna kbar u wiesa idamdmu bil-hsejjes ritmici jew f'xi bejta ta tkattir bla heda fej ikun hemm studenti ohra jaghmlu esercizzji simili fosthom jhalltu l-pitazzi u t-textbuks biex wiehed jaqra tal-iehor gieli anke bil-mohbi.

Feelings li jkarkru sekondi jew jiem shah; mhux li thoss fih innifsu imma l-hsieb li jqanqal u jiddetta mumenti u modi t'ghajxien.





Like the SUN through the trees you came to love me
Like a leaf on the breeze you blew away

0 Comments:

Post a Comment

<< Home