Sunday, July 24, 2005

Il-Frustieri

Kienet ila biex tigi.

Imma nista' nghid li kienu ghaxart ijiem li ghad iridu jehilbu gawhar ta' dehen f'esperjenzi u ritratti.

Ovvjament kollox fl-ahhar jumejn, anzi l-biljetti biex nidhlu fil-festival ta' reggae li kellu jsir Cologne wasluli fil-kaxxa tal-ittri tad-dar meta jien u l-Konti von Eric konna diga Frankfurt nezlin mill-vettura tal-ajru biex nirkbu fuq dik tal-linji tal-hadid. U l-ajruplan ghal Barcellona lhaqnieh bhal zewg neguzjanti mharrga sew fil-qasam tas-safar u jihhoppjaw minn ajruplan ghal iehor bhalma ahna naghmlu s-soltu f'Belt il-Frugha bil-barijiet. Imma ahna hekk maghmulin u dak huwa l-istandard.

Propja propja l-btala kellha tkun kollha kemm hi Barcellona izda meta sid dak il-hanut popolari, habib taghna qalilna li kien tiela ghas-Summerjam Festival dik il-habta taghna u webbilna biex naqbzu qabza mieghu htafna l-okkazjoni.

U b'hekk bdiet is-saga tal-Hakma ta' dawn iz-zewgt ibliet ta' certu piz fi-mappa tal-Ewropa.

1 Comments:

Blogger L-Imżebbel said...

Merħba sieħbi. Jiena lilek nafek mhux ħażin. Biex nagħtik ħjiel, jiena ħabib ta' Aldo u nħobb id-Deep Purple. :)

10:30 AM  

Post a Comment

<< Home