Monday, October 03, 2005

Tal-Hawkwind mghagglin wisq~

Kont ilni ma nkun fil-ghodu xol zmien. Imma ghandu s-sabih tieghu ukoll... Specjalment meta l-ghada tkun sa tahdem 'night'.


U allura fettilli nsejjah il dal-habib li kien pront wegibni biex nissendikaw ix-xemx tizzerzq helu helu wara x-xefaq. Ja brikkuna l'hi, pruvat titghatta wara kutra ta' shab li tat lil bahar kulur bajdani imma bej tizrita u ohra bdew jizgiccaw xi raggi lewn laringa li ghada qed issir u taw effett li jsahhar bhas-soltu. Ma nistax nghid li jien u nhares minn god-duhhan tas-sigarett ma rajtx kemmkemm imcajpar imma x-Xemx rari tfalli fil-wirja li twaddab ta' kuljum. U b'saqajna ghal ftit ma jmissux l-ilma nebbiexi gej u sejjer, qisu jrid jilghab, kwazi kwazi hassejtni attur iehor fuq dal-palk, imqar Ekstra li gie f'kuntatt mal-attrici ewlenija, mal-Primadonna. Hasra li d-dinja u nies karfa ohra jcahhduna milli nibbukkjaw post fuq quddiem ta' sikwit.


Dar-rahal gustuz wisq, istra. U ghalhekk mat-tgerbiba taz-zmien, napprezzah aktar. Minbarra li joffri seats fuq quddiem ghax-xow li ghandi kif semmejt, meta jien u siehbi hassejna xofftejna jitbasktu bl-ghatx qtajnieha li nitilghu f'dal-hanut, imwarrab imma flistess hin milhuq facilment...titla titla dejjem il-fuq, il-quccata ta l-iZraq. Mhux lakemm wiehed inizzel xi forma ta kliem biex ipingi d-dehra minn hemm fuq.
Barra minnhekk il-gnien ta madwar dal-Klabb (tal-Bocci) qisu album tar-ritratti ghalina. Ritratti ta praspar ta tfulija. Hemm telghuna l-ewwel sufiet madwar is-sigrieti taghna, hemm hassejna l-ewwel darba r-raghwa ta' birra mal-hbieb, hemm kellna l-ewwel kuntatti ma gilda aktar tarja.



Imma ahna tlajna ghall-inbid u biex innaqqru xi haga. Haw ma jtinix li niehu x-xarba tat-tbahrid tieghi li jkun hemm fost il-gimgha jew fit-tarf taghha. Lil-Gwakkin inhallieh az-zina'. Haw l-inbid bis-SevenUp. Ta' Malta? ...tejdlek... Sadattant ir-radju li jfakkrek fl-Ewwel Gwerra Dinjija hemm qieghed, fuq il-hogor tat-tieqa jissema attent ghal-bdoti tal-ajruplani li jittajru qarib...

0 Comments:

Post a Comment

<< Home