Sixteen Tons
Diga tqila hafna li tinqala' mid-dar jew mill-bahar jew mill-wied fil-kampanja u tmur ghax-xoghol. U sew jekk hu filghodu u sew jekk bil-lejl. Imma kemm hi kerha aktar titlaq minn idek biex tmur l-ufficcju, tpoggi bil-qieghda all-Laqgha tas-Sitt Xhur u terga' tmur lura d-dar halli satej wara terga tmur tghodd ic-cekkijiet mal-magna.
Fiz-zmien li qed jghaddi xkanat maghna tal-lum, fej kull qatra tghodd, kemm jekk hi caqliqa tal-pendlu li ma jieqafx jizfen linn u 'l haw, kemm jekk hi l-minutiera tal-gejg tal-petrol u kemm dik tal-mijter tal-ilma, kollox tara zejjed. U qas li kieku kelli mmur nigbor midalja ma kont nithajjar ninqala', ahseb u ara al rih bla xita. Imma l-ghajat u l-inbih iqabbadni certu djuq fl-istonku, aktar u aktar fi zmien meta fix-xefaq ma jidhrux hlief shab griz u thezziz ta snien.
U r-Ragel ta' fuq is-Siggu al Laqgha li jmiss sa jkun ta' xaghru nokkli mhabbla Nnifsu.
Il-Krizi fil-post tax-xoghol hi loghba inkejjuza li jasal zmien li taqtaghlek nifsek u tgerbek. Fil-post tax-xoghol tara minn dawk in-nies li ma tridx tara b'ghajnejk, imma fl-istess waqt niltaqa mal-hbieb eghzez ghal qalbi.
Itini cans nibqa' rieqed filghodu imma jaghti cans lill-ommijiet u n-nisa tad-dar li hemm maghna ikewwsu f'hinijietna ghall-ahjar taghhom.
U jekk insib tarf dal-kuntrarji jixref il-fatt li jien m'inix maqtugh ghal dax-xoghol fej il-mohh jistaghgna, il-gisem ukoll u l-vini tas-saqajn jihdaru u jkangu fil-vjola. Il-mohh jokrob ghall-berah fej jista' jimrah mnezzgha minn kull xkiel u jsawwar xi haga, il-kultura u l-ilsien tant ghal qalbi misruqin... meta kont ghadni ma nafx. Inhares 'il fuq u zgur hemm Qieghed. Bil-qieghda fuq dak is-siggu tal-gebel tieghU b'subghajH itektku bil-mod fuq il-mejda jarani nhaffer il-hofra, nahbi t-talent u nghattih bir-ramel.
Fl-ufficcju jonqosna spanner u par mustacci zghar zghar kull wiehed biex insiru dak ic-Charlie Chaplin li zewwaq haddiem tal-fabbrika b'tant reqqa... Modern Times. Imma dak kien in-1936.
Bhallikieku mhux bizzejjed, ar kif taghmel u sib gherq mix-xoghol u ngarza mieghu ha tara kemm iddum il-paci f'qalbek.
Sittax il tunnulluta qed nghidu ftit wisq, habib.

1 Comments:
blog vera sabih chal...u fimtu?!forsi ghax ghadni ma nistax nirkupra mir raqda li hadt xi saghtejn ilu.
deep hafna ... ta min nghidlek proset. pero ftit issibu ix xoghol li vera jhobbu. il magoranza ta nies jiqfu iffitxu u jimaginaw dak li vera irridu u jikuntentaw b dak li ghandom. forsi ghax ic circumstances gew hekk jew forsi ghax idejqu jipruvaw jaslu ghal skop ta hajjietom.
jien ghal tieghi ghadni ma qtajtx qalbi. Ghad ghandek ic chance issib li trid. Meta kont titghallem id drama, kellek skop...issa hekk dak l skop mhux dak it tajjeb ma nafx pero kont narak herqan :)
nisperra mhux kliem fil vojt ghax mohhi ghadu f nofs ir raqda u b naqra hangover mil bierah
hu hsieb
Post a Comment
<< Home