Il-Jien u lil Hinn Minnu (il-Pont)
Hemm fil-gholi fuq zokk ta' sigra xwejha
Il-weraq jilqghali wicci miz-ziffa sbejha
Dehrli li sibt it-twegiba ghal dit-tahbila
Harbtitli mohhi dil-kobba mhabbla u twila.
Minn haw fuq bej art u sema
Jitkemmex il-mohh u mill-ghajn xi demgha
Nixxennaq issa ghas-sahha u mhux id-dawl
Biex ix-xitan tad-djghufija jhallini, ja minghul!
U 'il fej tkun sejra dik ic-caqliqa
Fuq il-wicc izraq fiddien...
Donna tajra kbira ma tghajja qatt
Is-shab jizloq nebbiexi helu helu
b'dellu jiccarcar mal-ilma dejjem ghaddej,
jisraq it-tghammixa ghal mument li jigi u jmur.
Anke l-virdun imsakkar f'dik il-holqa
ma jistax izomm fommu mitbuq,
Sakemm ghajnejh jibqghu miftuha...
Ghax hawn...ahna biss
Tghid dawn kienu l-istess kuluri li ddew f'ghajnejn ix-xjuh taghna?
Ghal mument, imqar wiehed biss, nazzarda nghid Ija.
0 Comments:
Post a Comment
<< Home