Wednesday, November 23, 2005

Il-Jien u lil Hinn Minnu (L-ilma mqalleb ta' taht)

Jigu habtiet u m'humiex daqshekk rari meta nhossni mifni, milwi u sa ghonqi mgharraq f'ilma mdardar bil-ghawg hadrani li jgib mieghu il-maltemp. Tempesti qliel jistghu ikunu spissi imma ma nafx hix xi haga kerha jew ta' nifs 'il gewwa meta nintebah li spiss ikunu pizijiet li meta tharsilhom minn banda ohra ma jkunu xejn ghajr rix, ejja nghidu ta' l-ajkli biex ma nghidx t'ghasafar tal-bejt.

Imma jkun xi jkun, meta tkun fih, dak is-saram thossu jahfnek minn ghonqok u jobormok mieghu. Imbaghad tidhol is-sahha tal-individwu, specjalment dik tal-mohh li tkun dik ix-xi haga aktar li tghinu jiggranfa, jzomm fil-wicc u anke jitla' jew inkella thallieh jingarr mal-mewg bla hniena.

U xi kruha ta' tendenzi haw f'dis-socjeta' li qed niehdu n-nifs fiha meta tara bniedem imdendel, jitbandal 'l hawn u 'l hinn ma sms. Nistqarr li f'din il-loghba krudili elettronika, huwa wisq facli li tingarr mal-kurrent, thalli messagg jisraqlek il-burdata minn taht ghajnejk fid-dawl tax-xemx, biex ma nghidx jishaqlek id-dinjita' ta' ragel jew mara u jhallik titkaghbar taht il-madmad tieghu.

Ir-rimedji minn dan kollu jghallmu hafna mill-ghagna interna ta' dak li jkun. Wara esperjenza qarsa hemm zewg torog wiehed x'jista' jaqbad... (Led Zeppelin ghal darb'ohra, sur Oliver!) ...jew aktar tgerbib taht irdumijiet ta' blat ippuntat jew it-tishih tad-dirghajn u l-ghonq, il-qalb u l-mohh.

U meta minn go dad-dlam kollu, tinqala' muzika li bhal seher izzarrat b'qilla s-shab li jkun qed jghatti x-xemx, tonsob il-griz sakemm terga' tfigg dik is-shana hanina u timla l-mohh b'ghagna bnina, hemmhekk tkun ir-rebha li l-gewwieni ghadu haj.






U la qeghdin fil-borma, jien insostni li biex wiehed japprezza u jidhol b'ruhu f'silta melankonika jrid ikun fil-burdata l-aktar ferrieha ta' hajtu. Jekk le, bhal dawk il-kurrenti kiefra taht l-ilma, tkaxkru u tkarkru maghha fl-abbissi li jkun holoq l-awtur. U jekk nigu f'dan...


6 Comments:

Blogger L-Ghama said...

Inhoss li jehtieg nghid li jien u nharbex dan il-post smajt dad-diski fost l-ohrajn:

Inspector Jay (Dj Shadow)
Dub Experience II (St Germain)
Scratched (Etienne DeCrecy)
Luv'Bit (Le peuple de l'herbe)
Sound of Soul (Lazy Dog)
In Love (Thievery Corporation)
Natural High (Kevin Yost)
Jah Rastafari (Lee 'Scratch'Perry)

u ohrajn.

1:09 AM  
Blogger nurse pica said...

my goodness, what kind of sms did you receive to instigate such a post?

sometimes you feel like you're metaphorically drowning...but remember that somewhere along the tide one finds shallow water and you will find your feet again. time heals all.

5:52 AM  
Blogger zaren said...

dejjem irridu nirfinaw fuq il-bilanc bejn li ma nhallux ir-ramazolji jaffetwawna b'mod hazin u min naha l-ohra ma nkunux distakkati mil-kumplament tal-madwarna.

mexjin fid-direzzjoni habib

sahha

7:47 AM  
Blogger Coemgen said...

Aqdef lil hinn minn xi skoll li jista jgharrqek sakemm tasal fi xtajta sabiha bix-xemx tizreg.

11:53 AM  
Blogger keBo said...

Kultant nahseb li nies bhalek (u bhali wkoll sa certu punt) intbaghtu fi zmien hazin. Ahna kellna nghixu fi zmien fejn l-elettronika lanqas biss kienet fetu jhammem f'guf ix-xjentisti.

Ma narax post ghalina fejn spicca z-zmien ta' Romeo & Julietta, l-fjuri, l-ghana, l-poeziji, etc.

11:59 PM  
Blogger L-Ghama said...

Id-dawl abjad fit-tarf nett tad-dlamijiet ma nwarrbu qatt minn taht ghajnejja.

Kebo, nifhem li qed tghid. M'hemmx ghazla ohra fl-opinjoni tieghi. L-imghallem widdeb kontra min jahbih taht ir-ramel ghax jibza. Ma tistax tordom xi haga tixghel hu x'hinu z-zmien, imma nuzaw dik il-hila fil-kuntest tal-lum kif tenna Zaren.

11:37 PM  

Post a Comment

<< Home