Kikkra, dahna u nota
Mhix qieghda f'demmi li nara l-griz, c-clampu u l-hsejjes koroh tal-hajja imma mhix dejjem facli thalli l-kuluri jghajjtu, x-xemx tizreg u jinstema dan il-gazz aciduz . Ghaldaqstant sibt ruhi nikteb fuq l-iskur sakemm il-kuluri zgiccaw helu helu minn bejn is-swaba.
Nista' nghid li mill-bidu tas-sena 'l hawn, qatt ma stajt naqbad it-tram li ridt, insib post li jesghani u nerhila ghal-ghonq it-triq inhares 'l hinn u 'l haw mill-hgieg. Minflok, sibt ruhi tiela' u niezel fi stazzjonijiet differenti jew ninqabad fuq il-plettform qalb it-thambiq u l-panikk tal-migemgha sakemm il-vagun li jghodd ghalija jahrab helu helu.
It-tajba hi li la naf il-vagun li rrid jien hux roza jew ahmar bit-tikek blu jonkella sewdieni, la naf jekk hux sejjer Patagonia jew Zion u lanqas l-icken hjiel ta' x'hin jista jitfacca' ghalkemm f'qalbi inhoss il-hin kollu li minn mument ghall-iehor...mument li bhal donnu ma jasal qatt! S'issa ghadni nemmen li dal-vagun, il-vagun tat-tama, tan-nifs gdid ghadu ghaddej fil-fatt fuq il-linji tieghu.
Inhoss li dis-sena t-tiftix ghandu jiehu xejra ohra. L-ghaslug ittiekel jahbat mal-istess ghamara u fej inhares jidru il-marki tal-passi tieghi jidhlu f'xulxin, mahnuqin bin-nuqqas tal-berah u fgati bl-iggamjar tal-eghluq.
Il-mohh jittewweb bil-kilba mgewwha ghall-gdid imma sadattant jizzghabel fuq il-hmerijiet. Miskin.
Mi ricordo che un giorno... in mezzo a noi venne un tipo... che ogni cosa pensa giusto e la fonte della vita, era in lui disse una frase... mi rimase impressa: "Alzati ...e cammina!... (A. Celentano)

0 Comments:
Post a Comment
<< Home