Saturday, November 10, 2007

sikta

Ghaddiet kwazi sena.

Qas irrid nemmen.


In-nisa zienja xorta baqghu jserrpu mas-sigra jittantaw it-tuffieha li afdajt f'id haddiehor imma l-bicciet tal-harrub dejjem baqghuli fuq l-istonku u ghalhekk ergajt lura. Go mohhi baqa' d-damdim daqqa fil-boghod u daqqa fil-qrib sew u issa li ghal darb'ohra sibt it-trejqa, ftakart il-kelma sigrieta u stajt nerga' nidhol, qed inhoss ghors gewwieni,

l-ors li jrid isemma' lehnu u jrazzan ftit minn dak id-damdim,

it-tfajjel f'aptitu,

l-ghama jtektek bl-ghaslug...







... Ghal zmien nixifli l-ghana ta' gewwa qalbi...

...'Mma llum ergajt ghal ghonq it-triq tal-ghana...




Il-Mulej itik il-glorja tal-Genna, Ruz.

0 Comments:

Post a Comment

<< Home