Set the Controls for the Heart of the Sun
Ghalfejn?
Ma nistax nghid inhobbok lil min l-aktar inhobb?
(Mhux ghax irrid, lanqas)
Ma thallinix inhobb hafna?
In-natura tal-bniedem?
Tghid wara li jispiccaw daw il-mija u hamsin nergghu inbattu?
Jew bhas-soltu, dawn huma biss zverjalin ghal bhima li hemm gewwa?
"One inch of love is one inch of shadow
Love is the shadow that ripens the wine"
Ma nistax nghid inhobbok lil min l-aktar inhobb?
(Mhux ghax irrid, lanqas)
Ma thallinix inhobb hafna?
In-natura tal-bniedem?
Tghid wara li jispiccaw daw il-mija u hamsin nergghu inbattu?
Jew bhas-soltu, dawn huma biss zverjalin ghal bhima li hemm gewwa?
"One inch of love is one inch of shadow
Love is the shadow that ripens the wine"
3 Comments:
L-aghmi ...
Imma inti cert li aghmi?
Imma int mija fil-mija cert li ghamejt?
Meta naqra il-blogs tieghek jien jigini suspett li m'inti ghami xejn. Anzi, tant ghandek ghajnejk miftuha li jien nahseb li inti mghammex. Ghandek bzonn tieqaf ftit, ghix ghal xi gimghat minghajr ma tahseb f'xejn, mur hafna mixi magenb il-bahar, ghamel ftit sports, aljina, tixrobx, tarax TV, isma' r-radju biss (li jigi, toqghodx tqalleb), hares wahda sewwa madwarek u ara jirnexxilekx tara xi affarijiet godda.
Hallik milli tiprova taghmel kollox sewwa, anzi ghamel l-affarijiet kif joghgob lilek. L-istereotypes INSIHOM!!!
Meta xi hadd jibda' jmaqdar, hallih jghid - wara hares ftit lejh u ghidli x'tara, jekk hux bniedem kuntent jew wiehed kollu regoli u limiti u mimli dwejjaq.
Jien nahseb li taghmel hazin meta titfa' stampa tieghek innifsek u tiprova tkun bhalha. Ftakar li pittur ipingi dak li ghandu f'rasu, mhux jiprova jsir bhat-tiela li ghandu quddiemu. Jekk il-pittur isir bhat-tiela jispicca vojt!!
Ir-relazzjonijiet mal-bnedmin huma xi haga IKKUMPLIKATISSIMA. M'hemmx regoli, u kulhadd differenti. Ftakar x'qallek Kristu: ghamel ma ghajrek dak li tixtieq li jghamlu lilek.
Se jkolli nhallik, pero qieghed narak regolari. Nixtieq nibda' nara ftit bidla fik. Ara ma nergax nisma' affarijiet bhal hitan u vaguni li ma tafx liema ser taqbad. HADD ma jaf u HADD mhu ser jghidlek. U jekk ser tibqa tistenna l-vagun it-tajjeb m'int ser titlaq qatt mill-istazzjon. Ftakar li l-kampanja sabiha u l-bqija tad-dinja qieghdin barra mill-istazzjon - ghalhekk fittex aqbad wiehed ha tohrog minn hemm.
U jekk tibza' li taqbad il-wiehed il-hazin - il-lajs x'wahda gralna - ninzlu u nergghu lura, jew naqbdu iehor minn fejn inkunu. Ara ma tixjiehx u tkun ghadek qieghed tistenna.
Nista' nislet erba' punti helwin minn dan l-intrigu li hadt, habib tieghi. F'xi mumenti hassejtek tikkontradixxi lilek innifsek u taghjtni x'nifhem li wara kollox inti qed tghum fl-istess ibhra tieghi. L-ibhra mqallba ta' zaghzugh li jahseb u jaghrbel, l-ingranaggi ta' mohhu ghaddejjin jippruvaw jaqbdu art tal-hajja li haw madwaru u li (forsi) hemm quddiemu.
Habib ghami, min minna mhux f'bahar imqalleb?
Eh?
Gieli innutajt bicca sufra wara li titfaha gol-bahar?
X'tghamel?
Allavolja l-mewg jersaq lejn ix-xatt, is-sufra dejjem titbihed.
Allura ma jidhirlekx li jekk toqghod fil-bahar mqalleb, m'int ser tasal imkien?!
Trid tibda' tghum habib, u biex tghum m'ghandekx bzonn bastun. Bniedem ghami jaf jghum u jinduna minn fejn gej il-mewg. Ghalhekk kapaci jiehu direzzjoni.
Tassew, bniedem ghami f'bahar imqalleb kapaci jiehu d-direzzjoni t-tajba ahjar milli fuq l-art!
Post a Comment
<< Home