Tuesday, February 21, 2006

Il-bierah, il-lum u ghada

Xi haga li tesa' go fiha, mimlija mimlija ha tinfaqa' sakemm icedu l-hitan taghha u hemm tohrog ix-xemx f'zifna wahda mal-qamar jidirsu minn fuq shaba ghal ohra. Jidhru l-istilel jghemzu, jinstema' l-bahar icafcaf, il-gebel jaqbad id f'id mas-sigar. Iz-zkuk jghannqu maghhom l-ilmijiet li jghaddu jigru jilaghbu minn bejniethom. Dawn jilqghu l-ghasafar fi hdanhom u flimkien jaghmlu festin man-nemla, mal-gremxula u mat-tifel zghir.




U l-hitan mifqughin jinhallu fil-haxix hadrani bellusi u jsahhu l-art u jinbtu l-fjuri kollha kuluri.

2 Comments:

Blogger L-Ghama said...

Deherli li 'Solitude' tal-Black Sabbath tkun epilogu xieraq al dan il-powst ckejken li tant hadt gost nikteb illum.

1:40 AM  
Blogger Victoria said...

if you dont stand for something, you will fall for everything

kisser dak il hitan ha johrog id dawl...u fejn hemm id dawl, hemm il ferh u l hajja :P

8:29 AM  

Post a Comment

<< Home