Friday, April 25, 2008

thousand tears after

Hajja ta’ kelb?

U nharsulha b’disprezz?

Ghax jigri barra?
Ghax irid ifittex jiekol?

Miskin?
Ghax ihalli l-istint gewwieni haj?


U li m’ghandu ‘l hadd jikkmandah?
U li m’ghandu ‘l hadd irid minnu?
U li jista’ jigri, jdur u jhuf kemm irid u x’hin ifettillu?



Miskin dak iz-zaghzugh.
Hitan ta’ l-irham ileqq, jizolqu madwaru.

Suf iniggez ma’ kullimkien, WELCOME fuq sidru
Taht l-ghatba tal-bieb ta’ barra .

Il-profeti kienu ilhom ihabbru imma s-serduk mahnuq, ghaxi ma’ l-art.
Jaqa' u jerga' jqum, kuxxtejh issahhu imma dahru ghejjien
L-irmixk tiela’ jxebblek ma’ saqajh immusklati imma stagnati.




Ghonqu mhux il-boghod
u lanqas il-kanal tan-nifs.






Fil-boghod jinstema' is-sur Lee jkanta minn taht gverta.

I’d love to change the world
But I don’t know what to do,

So I leave it up to you

Tuesday, April 01, 2008

Mars

Lehha ta' berqa qawwija li xeghlet sema imma ghebet sakemm ghajjatt lil siehbek jitfa' harstu lejha.

Hekk zgicca Marzu mill-kalendarju tal-kcina. Lanqas hin ningassaw in-numri kollha.


Bahh.



Fl-istess hin, Marzellu ried juri ruhu u ghamel hiltu kollha biex jaghti fil-ghajn u ma jghaddix qisu xejn.

Id-djamant jilma fuq l-ilma
li jifred lil Malta minn Ghawdex.

Awguri, mara ~36~

Hawwel hafna mill-folla f'teatri ta' ahmar u blu mill-ewwel jiem tieghu, sammar hafna minnhom quddiem il-kaxxa ta' l-istampi l-Hadd ta' wara u ta r-riedni ghal darb'ohra 'l min l-aktar kien haqqu. Qas nifs. Il-Mulej dlonk fakkarna li Hu kien ghadu hemm u li l-qamar kien rega' ghamel id-dawra tieghu, dik li tigborna u tghaqqadna ghalenija biex inxejru l-weraq tal-palm halli nilqghuh fostna minghajr ma nsallbuH. Jekk jista' jkun. Sa mill-ikla ta' l-appostli, migburin kollha ma' mejda f'cenaklu Santa Vendra, is-seba' zjajjar f'kappelli antiki mfewha bil-gizimin tal-Qrendi, wirjiet fil-belt antika tal-kavallieri, sahansitra anke fl-Ort taht is-swar u l-hsejjes ta' ktajjen Mostin. Il-Glorja smajnieha tidwi mill-kant ta' l-eremiti Rabtin wara l-mixja sal-pulptu u l-ghada l-mixja ta' pagan li kkonverta mal-Qawmien.

San Guzepp ma naqasx li jghid tieghu, qalu minn taht l-ilsien kif imdorrijin narawh, f'xatt il-bahar, boghod minn nies u l-agha mal-gamar jaqbdu taht zliezet hoxnin jinxtwew.

Awguri Ma ~53~

Fuq kollox tlajt targa. L-ewwel targa bl-ghajnuna t'Alla u mieghi hadt pjacir nara 'l ta' gewwa jitilghu ukoll.

Rahal twelidi haddanni mieghu fejn l-aktar inhobb u z-zghar ferfru jdejhom bil-ferh u l-bahar izraq.

Grazzi Karm.


Ikun imfahhar Alla.


Fix-xefaq

~30~

Friday, February 22, 2008

Ittra lil zaghzugha gustuza

Al, min hu zaghzugh haj bil-fors ihares 'il quddiem. Issa jekk ghax induna li l-bank mhux postu u li jixtieq ifittex il-vera Hu jew dit-tfajla intebhet li wehlet fix-xoghol u fi hsiebha timmira aktar fl-gholi, pass il-quddiem huwa dejjem ta' min jaghmlu. Zgur li jitlob rieda u kuragg, fuq kollox, imma nemmen u NEMMEN vera li l-hegga ta' min vera JRID hi qawwija bizzejjed li teghleb kull xkiel li jista' jinqala'.

Kemm hu sabih it-taghlim, kemm jaghti kunfidenza, kemm jiftahlek orrizzonti, kemm jurik li ghad jonqos u jonqos x'issir taf aktar u aktar. Nixtieq nittrasmettilek l-entuzjazmu u kemm inhallas biex nintefa' b'ruhi u gismi ha nistudja aktar. Jien ghazilt Malti u Socjologija, interessanti wisq aktar milli hsibt.

U ntennilek li fil-hajja Universitarja, qalb zaghzugha thabbat fuq kollox u ssib hajja gdida li zgur mohh 'imgarrab' (ghax avvanzajna fl-eta') bhal taghna jsib bahar ta' 'gdid' x'jiskopri minn lenti usa'.


Il-Barka fuqek,
C

Wednesday, February 06, 2008

Dance on Vaseline

U fejn tobsor il-hajja xi jkollha lesta ghalik?


U xi jgieghel lil dak li jkun jaqbad triq u mhux ohra?







Minn hawn fuq, mill-gholi, nhoss dehxa bard
Il-bahar imqalleb irid jibla l-art.
Hsibijiet kurjuzi jixxabtu minn gew
Idejja ghajjenin, izommu sew




Warajja, itfal u mara jiccassaw
Ma jafux, qas idea, jien mhux minn haw'
It-tiftixa, it-taghrif, xafra tilma
Mohh-kustat, iqattar dmija u ilma




Itektek kien u jtektek baqa' l-ghama
Silg isoff mill-vini, gisem irhama
Xemx dehbiena ddakkar iz-zahar u l-ward
Imma ghalija l-hin sar u issa tard.






awguri

Saturday, November 10, 2007

sikta

Ghaddiet kwazi sena.

Qas irrid nemmen.


In-nisa zienja xorta baqghu jserrpu mas-sigra jittantaw it-tuffieha li afdajt f'id haddiehor imma l-bicciet tal-harrub dejjem baqghuli fuq l-istonku u ghalhekk ergajt lura. Go mohhi baqa' d-damdim daqqa fil-boghod u daqqa fil-qrib sew u issa li ghal darb'ohra sibt it-trejqa, ftakart il-kelma sigrieta u stajt nerga' nidhol, qed inhoss ghors gewwieni,

l-ors li jrid isemma' lehnu u jrazzan ftit minn dak id-damdim,

it-tfajjel f'aptitu,

l-ghama jtektek bl-ghaslug...







... Ghal zmien nixifli l-ghana ta' gewwa qalbi...

...'Mma llum ergajt ghal ghonq it-triq tal-ghana...




Il-Mulej itik il-glorja tal-Genna, Ruz.

Saturday, December 16, 2006

aktar textix u inqas nifs 2

Fil-karozza, il-hgieg imtappan, in-numri fuq l-isterjo zugraga, ma jehdewx, dawl ipetpet fil-boghod. Il-fwieha tal-pizza tizgicca mar-r-rih hawtiel johloq siltiet muzikali mal-vojt irqiq bejn il-hgiega u l-bqija tal-bieba.


F'hanut tax-xorb rahli. Dhahen tas-sigaretti, xaghar mdellek bil-Brajklijm, argumenti shan imzewqin b'xi gibda jew tnej minn dawk li jaghmluna Maltin. Anke fuq il-mejda, Blue al wiehed, tnej, grokk minn tal-Milied, frak tal-galletti u plattina b'xi gix loqmiet jghumu fiz-zejt.


Fej il-bahar ikhal nir itajjar raxx irqiq ta qlub roza kultant hin. Bil-magna tar-ritratti zzebbeg 'l hinn u 'l haw. Il-blat artab bhal sodda tal-fjuri, s-sema zliega tal lwien u t-tmellisa taz-ziffa tissieheb mas-swaba inkejjuzi.


F'sala mudlama taht l-art. L-istorbju jaqbad il-mohh u jitfghu bej is-snien ta' morsa sakemm jithnu u jaghmlu ghoqda. Il-qatra niezla bhal gelgul u l-ghajat jimxi id f'id maz-zeglig tal-genbej, zejziet qammiesa, ghajnej iduru bla lgiem u jdej hfief.


F'dar c-ckejkna z-Zurrieq. Id-dawl abjad kiefer ghall-ghajnejn imcahhad mit-tnemnim tal-lampa tal-pitrolju. L-inbid jilma huwa u niezel biz-zifna mal-gnub tat-tazza ghamla ta' buqar. Il-Kliem jizloq helu helu mal-ambjent u l-ghajnejn imqarba f'dik il-hemda bhal sabi.





U hi.

Saturday, November 11, 2006

"Hey, Taxi!"

PERSONNEL OFFICER (O.S.)
Got your license?
TRAVIS (O.S.)
Yes.
PERSONNEL OFFICER
So why do you want to be a taxi driver?



1.



22

Qara tleqq, xaghar lura kollu zejt.

Ghajnejn imgebbdin, koxox twal ma jispiccaw qatt.

Is-sufan ghalihom.

Iz-zfin sahan u l-muzika isserrep max-xfarijiet.


Ahna fuq pultruna kaxxa.
Il-karti mhux tajbin u s-sigarett jintefa malajr.

Hassejtni dak l-Iskocciz it-twil.
Ghajnejha jitbissmu u xofftejha jinhallu.

L-inbid spiccalna, il-ktieb kien adu miftuh berah.
Riedet l-arja friska.



Tmiem l-ewwel Att.





2.



Is-shana taghmel hazin minn gewwa.
Il-kesha taghmel hazin minn barra.

Imma l-kesha kienet ahjar


Il-fjuri li jmiss ikunu homor ikangu fil-vjola.



Tmiem it-Tieni Att.






3.



Ziffa gdida. Hsejjes differenti.

L-ghalliema ghajtitlu u wiegeb Aw.
Kolha daru jharsu.


"Ha thares lejh? Arah ha jisthi, issa"

Kien tard wisq, lahaq dahal fil-klassi.

U t-tbissima baqghet immarkata.





Tmiem id-Dramm.







...camera follows Travis' taxi as it slowly disappears down56th Street.