Wednesday, August 10, 2005

Johan Neeskens

Allura harigli cans tajjeb ghan-nofs u htaftu. Nghidu ahna, gie ballun tajjeb f'saqajja minn nofs il-grawnd u stajt nitfa ftit mit-trejning kontinwu li ninvesti f'azzjoni denja.

Is-sibt hrigt wahdi. Mhux ghax xi haga ta' barra minn hawn imma bis-sjut il-gdida u z-zarbun tal-alakka ileqq ileqq kont ghadni m'ghamiltiex. Wara kollox bi pjacir inhabbar li tas-sena l-ohra kienu qdiemu u ridt nitfa' xi haga gdida ghall-wiri.

U l-grawnd offra minn kollox. Il-loghba kient miftuha u tista' tghid li l-plejers bin-nisa b'kollox kienu jfakkruk fit-tijm kbir tal-Olanda tas-sebghinijiet. All-out attack jghidulu 'kk miniex sejjer zball. U la nsemmu it-tijm, irridu nsemmu lil TIM, zaghzugh Belgjan li flok 10 fuq dahru kellu "Kill your Idols" verzjoni moderna quddiem. Li naf, li wara x-xow ta bicca xol kbira lis-sidien iqabbdu l-periti jibnu l-post mill-gdid.

Ma nafx jien, hemm muzika li tismaghha bil-widna u hemm ohra li tismaghha bil-qalb. U forsi l-fatt li hafna m'ghandhomx il-qalb jaghmel dawn in-noti muzikali daqsekk nobbli. Ovvjament baqghu sejrin sas-sieghat bikrin ta' fil-ghodu fis-sala dakinhar imma ghadhom jidwu f'widnejja...anzi fil-qalb sal-lum.



Id-dar fonda. U l-hsejjes ta' pjacir(k).
Izfen u intilef!

Saturday, August 06, 2005

Il-Jien u lil Hinn Minnu Pt.5 (sect i)

Minn dejjem sostnejt li aktar kemm ikun il-boghod mill-irdoss tal-kamra tieghu, il-bniedem jikber. B'hekk nista' nghid b'wicci minn quddiem li s-safra kienet esperjenza li mmarkatli hajti ghal dejjem. Kemm ir-Rastas li habbatna wiccna maghhom Koln u kemm il-clubbers li indiehsna maghhom ir-Razz, kollha taw is-sehem taghhom biex ihazzu il-firma taghhom fuq gildna u sahansitra ruhna. Imbaghad ikun apptu ass li din il-marka naghmluha tkangi mal-kuluri li diga ghandna biex naghmlu kwadru aktar folt.

Ovvjament is-Sajf jaghti lok biex dak li jkun jistkenn mill-inqas u ahna ambaxxaturi ta' dan. Galadarba irfisna xtutna mill-gdid, xejn ma zammna nirriflettu fuq dak li ghadna kemm ghaddejna jekk mhux bejn avveniment u iehor, fuq dghajsa jew ohra, minn gnien ghall-iehor u Elija jigri warajna bil-lista tas-slaleb u l-verigudz b'Mose magenbu biex jibdlu kultant.

Bhallikieku din holma jew lehha, kultant issib xi ghafrid li jnebbhek li wara kollox din hi l-verita'. U ssibu nghidu ahna, meta tkun bil-karozza rasek l-isfel u lagenba bid-demm ma wiccek avolja jidhol Gabirjeli u jhalli t-thazziza al tlieta biss... Imbaghad jitwieled l-episodju helu fil-kamra Tedeska bi Professur Vella magenbi bl-imqass u jien bil-harira.

...u sejrin...