Saturday, April 30, 2005

U l-vjagg ikompli...u l-mohh joghxa... Posted by Hello

Friday, April 29, 2005

Fools Gold

Id-dalma tal-lejl tiftah is-siparju ghal att gdid fit-tejatrin tal-hajja ta' kuljum. U b'naqra ghajnuna minn hemm u minn haw, l-iswed u l-abjad jidhru orangjo u lela', dik li qabel kienet art b'sinjal tal-iSTOP impingi fuqha ssir moghdija ghad-dritt, il-pakkett sigaretti ta mal-art isir naghga u l-basket tal-plastik isir halq tal-ljun.

Ikolli nghid, rajt anke zagaberri jaqsmu t-triq id'id f'ringiela ta' tnejn tnejn.

Imma ta' min jghid kollox.

Dan kollu rajtu jien u sejjer id-dar wara lejla f'hanut tax-xorb u l-muzika ghaddejja. U boys' night msawwar ghal tal-apposta...nitbieghdu minn Belt-il-Hazen imma kif fil-fatt jigri dejjem nidhlu aktar fil-fond. Sabih wisq titkellem ma nies godda, nies bi pjan li ma jaghmlux pjan imma just jibnu fuq il-kuragg u l-kunfidenza taghhom. Prosit.



The gold road’s sure a long road
Winds on through the hills for fifteen days
The pack on my back is aching
The straps seem to cut me like a knife
These boots were made for walking
The marquis de sade don’t wear no boots like these
Gold’s just around the corner
Breakdown’s coming up round the bend
Sometimes you have to try to get along dear
I know the truth and I know what you’re thinking
Down down down down da down down down

Tuesday, April 26, 2005

il-? Posted by Hello

Il-Jien u lil Hinn Minnu

Mela t-teknologija moderna taf issawwar drawwiet sbieh ukoll. U taghti nifs lil min ihalli hajtu mgezwra f'karta tleqq tal-ghagla w'aljenazzjoni biex isib dak il-bukkun t'arja tant mehtieg. Nemmen li l-bniedem li jsorr go fih jifga fis-shab li jingemghalu fil-gewwieni, duhhan griz ta dubji, opinjonijiet, ideat egoisti u ghalhekk nishaq bejni u bej ruhi fil-htiega li dak li jkun jiftah imqar toqob t'arja; ghallinqas kemm ma jitnawwarx bit-tikek hodor tal-moffa u hmieg tal-ghajnejn. U jara l-qarsa ta' wicc haddiehor jew tkemmixa tal-hugbej jew sahansitra tbissima.


Hsiebi bhal aghma biex isib it-trejqa
jtektek bl-ghaslug kull pass li jaghti;
jimxi qajl qajl u qatt ma jaf fejn wasal;
dalma kbira tostorlu il-kif u l-ghala
u d-dawl li hu jixtieq qatt ma jiddilu...


Hajr, Dun.