Saturday, December 16, 2006

aktar textix u inqas nifs 2

Fil-karozza, il-hgieg imtappan, in-numri fuq l-isterjo zugraga, ma jehdewx, dawl ipetpet fil-boghod. Il-fwieha tal-pizza tizgicca mar-r-rih hawtiel johloq siltiet muzikali mal-vojt irqiq bejn il-hgiega u l-bqija tal-bieba.


F'hanut tax-xorb rahli. Dhahen tas-sigaretti, xaghar mdellek bil-Brajklijm, argumenti shan imzewqin b'xi gibda jew tnej minn dawk li jaghmluna Maltin. Anke fuq il-mejda, Blue al wiehed, tnej, grokk minn tal-Milied, frak tal-galletti u plattina b'xi gix loqmiet jghumu fiz-zejt.


Fej il-bahar ikhal nir itajjar raxx irqiq ta qlub roza kultant hin. Bil-magna tar-ritratti zzebbeg 'l hinn u 'l haw. Il-blat artab bhal sodda tal-fjuri, s-sema zliega tal lwien u t-tmellisa taz-ziffa tissieheb mas-swaba inkejjuzi.


F'sala mudlama taht l-art. L-istorbju jaqbad il-mohh u jitfghu bej is-snien ta' morsa sakemm jithnu u jaghmlu ghoqda. Il-qatra niezla bhal gelgul u l-ghajat jimxi id f'id maz-zeglig tal-genbej, zejziet qammiesa, ghajnej iduru bla lgiem u jdej hfief.


F'dar c-ckejkna z-Zurrieq. Id-dawl abjad kiefer ghall-ghajnejn imcahhad mit-tnemnim tal-lampa tal-pitrolju. L-inbid jilma huwa u niezel biz-zifna mal-gnub tat-tazza ghamla ta' buqar. Il-Kliem jizloq helu helu mal-ambjent u l-ghajnejn imqarba f'dik il-hemda bhal sabi.





U hi.