Saturday, June 25, 2005

...u jaghmel il-frott, min sittin u min mija.

Mhux xieraq ghalija nnifsi li nikteb b'dil-muzika ghaddejja fuq wara. Bhal xirka ta' barbari li jahbtu ghall-belt ewlenija mill-ewwel u minn hemm jiksbu kontroll komplut tal-art, hekk dan il-mad blunted jazz imhallat ma tracci sinjuri ta Deep House ghandhom habta jixxebilku ma qalbi. Minnhemm bla ebda xkiel anzi bil-ward imxerred 'l hinn u 'l hawn fit-toroq kollha tinbet is-saltna ta hena li ma tinkiseb bl-ebda mod iehor jekk mhux bl-ghajnuna ta' medicina apposta.
B'hekk jittiehed ritratt kemxejn imzelleg mir-rejalta'.

I have come to realise in recent years
that there are times when there's only one word in which I can express my faith

Ooo oh

I know that that one word is quite sufficient

Ooo oh

There's no other word...


U hadd ma jaf x'hini l-kelma. X'aktarx ghandi ghomri infittixha. X'imkien fid-dancehall tkun ta! Imma mur sibha f'dawk l-ucuh, uhud iccassati, ohrajn jarmu x-xrar, bicca sew minnhom dahkana u sett iehor b'tal-hmar!

Naf li minn daqqiet nghejha gej u sejjer bil-kantun fuq spallti, sahansitra gieli anke noghtor taht il-madmad imma dak in-nar gewwieni jibqa' jkebbes sakemm jara filata ohra tiehu l-forma. Twila t-triq li ghazilna imma nemmen li hi t-triq li taghmilna boys ta' stoffa, dik it-targa jew tnejn oghla.

Saturday, June 18, 2005

ENTP

Propja propja ghadni ma nafx nisthajjilx iz-zmien bhal valanga niezla u tikber hi u tkakxar maghha kull ma ssib jew riefnu li jghaddi minn mieghi, jahtafli l-pala ta jdejja u jdawwarni zugraga bhal dak tar-riklam.

Biex tkompli tghaqqad kif jghidu l-Blur, This is a Low. Il-hegga qieghda tkun marsusa bejn l-idejn morsa ta' dubji, mistoqsija fuq il-hila u fuq in-nifsi. U bhal General ghaqli, nehtieg nintasab ftit fit-tinda wahdi ghad-dawl tal-lampa, ninza l-uniformi minn fuqi u niehu nota tal-qaghda tal-armata, z-zwiemel, provvisti, armamenti... kollox laxk u matt, mheddel u mxekkel. Il-midalji u c-certifikati hemm qieghdin ileqqu, jilmaw zminijiet ahjar imma l-hajt kbir u jesa' bil-wisq izjed.

U t-tefgha minn fej sa nsibha? L-ispark...

It-tim tal-imqarbin hareg bl-unuri, kwazi kwazi fej il-bieb ta barra mac-cekkawt kont qed nistenna anke bukkett fjuri. U tghallimna wkoll. Anke mill-habib tieghi li nara kuljum bej xoghol u sfrattu skoprejt il-gdid. U mit-Tnej li gej sa nippartecipa izjed. Naraw hux nar tat-tiben jew nar minn dak tal-branding tal-baqar, biz-zmien.

L-aqwa li din l-art tqatta' u tiekol minnha... u ghalissa ghada u tibqa.

Sunday, June 12, 2005

Avalon

Il-bir kien fond u mudlam. Il-hama fil-qiegh kumplici ha jigbed l-isfel u l-umdita' tinhass tiggranfa mal-pori ta gismi jirtoghod il-ballu ta' San Vitu. Imma minn gol-fetha z-zghira tal-horza kien jidher sema kahlani nir u ghax tghid... s-swaba ta' jdejja u saqajja kellhom fili maghmula bil-qies fejn jitmattru u jahtfu l-gibda ghal fuq.

L-okkazjoni li ghamlet 'il Gedida Sinjura aktar milli qatt kienet qabel nibqa niftakarha. Kollox bizzilla, t-trab toghma ta' Nescafe Cappuccino tal-isticker blu, l-agha tan-nies u t-tbissim kontinwu. Kulhadd helu jgennen ghalkemm niftakar l-ghajnejn zoroq, il-warmth minn hobba nofsu mikxuf, ix-xaghar stil Ethel Brown, ix-xinxili u x-xorb bil-gliegel. Fl-Ewwel Gnien is-seher kompla ghall-affari tieghu sakemm minn qalb is-sigar slavag stajna nilmhu il-purtieri suwed iwarrbu fil-boghod. L-istess gara dal-lejl, did-darba mill-bitha ta Nru. 70. Temmejna serata ta' breakbeat fuq ritmi electro-funk bir-Reggae's User Guide to Love, mistura helwa manna ghal hinijiet bikrija. Ricky jibqa' f'mohhna biex nihhajgekjawh ghall-okkazzjoni li jmiss!

Gustuza tassew dik l-Ghawdxija tal-Brazil specjalment hi u Ssiktu u idejha jhufu ma gisimha ckejken. Avolja laqatni n-numru ta xebbiet twal li rajt dal-wijkend.

Hallieh jonfoh ir-rih mix-xaqq tal-bieb tal-kampnar!

Saturday, June 11, 2005

Is-siegha tad-dlamijiet taf tkun kerha wisq. Twahhax kif tidhol fik inkiss inkiss u tixxeblek mal-vini, tirfed fil-gewwieni, ssib il-qalb u taghsarha sakemm titla' ghal mohh u tnawwru sal-punt li jibda jinbaram, jinxef u jinfaqa'.

Kliem siehbi li jigbor il-Frak jghaddi minn mohhi. Tibda tapprezza s-sabih u tghozzu aktar meta taghraf il-morr u ttih l-gharfien li hemm bzonn. Kwazi nazzarda inzid li l-morr u l-helu jimxu id f'id u akbar kemm hu wiehed, akbar l-iehor... Kieku sinjal tajjeb ghax ilni ma nhoss ruhi fi shaba sewda bhal din, tohnoqni u tbarri l-arja milli tidhol fija, titma c-celluli tieghi b'velenijiet vjola jaharqu.

Oh I’ve hoped for comfort
But I’ve never felt too safe
And in this hard life
I’ve had to navigate through

Unexhausted
Has been my virtue*

U minn dal-qiegh nibda s-saga tieghi. Dirghajja u l-Oghli jridu jaghmlu tajjeb. Is-siegha maghna.

The Revolution Solution
Oh I’ve come to join you*

Pjanijiet ma jezistux. Hemm biss l-ghatx ghat-tajjeb u r-rieda s-shiha tieghi li nohrog u nirbah bil-grif u t-tbengil jimmarkaw il-gisem mhux izjed bl-ilwien nirien u vjola imma b'disinn ikkumplikat bhal bizzilla fina li tiehu pjacir thares lejha.




*Hajr specjali jmur at-Thievery Corporation tal-ispirazzjoni u Perry Farrell.

Tuesday, June 07, 2005

3 Boys

Meta tqis li kienet gimgha ta sebat ijiem ma tara xej stramb. Meta tifli sew, anzi daqqa t'ghajn ikun bizzejjed, tintebah bid-differenza. Ghax kienet gimgha maghmula minn Gimghat u Sibtijiet biss minghajr il-bqija tal-jiem l-ohra. Qas cans inharsu ftit lura u naraw il-keded li tajna 'l gisimna.

Kull jum minnhom kien fih tieghu, ovvjament l-ingredjent ewlieni tibqa' l-muzika. Maghha jigu l-hwawar l-ohra bhal vitamini, Habib u hbieb, aktar muzika u dik il-mara 'l hinn u 'l hawn, preferibilment insir nafha fejn inkun.

U fil-fatt ilbierah l-ahhar jum solenni kien orga ta dawn l-affarijiet kollha. Il-Muzika tirbombja (kemxej wisq sakemm qaghdu widnejna) serqet ix-xena. RowenK kien f'forma brillanti, kemm muzikalment u kemm minn-naha 121. Ilbierah kien liebes il-libsa tal-Ghammiedi. Flok ihanxar mid-dezert, kien qed ihallat u jdawwar muzika kif jaf hu u l-Messija tal-bierah kien sewdieni u b'xaghru mqaxxra ghal kollox. Flok il-Midluk kien jismu Cikku. CikkuV. RowenK kbir hafna u Cikku kompla jibni fuq il-pedamenti li sab sakemm tista' tghid li hin minnhom is-Swali tal-Inbid kienu kemmxej maqtugha mill-art.

Aqta' xi naghga sewda 'l hinn u 'l hawn, in-nies kienu tal-qatgha u lebsin l-istess. Tbissima minn widna s'ohra u kuluri differenti. Kulhadd gie bi hgaru biex jaghmel hbieb godda u kuntenti li qed jghixu. Kien xhin ic-cappa sewda ta' wara t-tieqa bdiet titlef l-iskur u ssir blanzun kahlani car li ghaddielna minn rasna li issa jmiss triq lura d-dar.

Sunday, June 05, 2005

Il-Jien u LIL HINN Minnu Pt.3

Issa nisma lil Marlena Shaw, imbaghad xi dZihan u Kamien u sejrin. Wasalna fi tmiem l-ewwel parti ta' gimgha ta madmad helu u toqol hafif. Hafif il-kelma ggib hekk, ghax l-gholjiet xorta insibuhom anke fil-merghat kollhom hdura tal-hena u t-tbahrid edonist.

Imma mbaghad hemm il-katt ebav d rest. Isimha maghha. Bdiet tiela mill-Erbgha sakemm ssabtet mal-art u Ricky tefghalu kuxin taht rasu. Dak tar-Rastfari li kien hemm fil-flett kien helu wisq imma; mirqum bl-idej u kollu kuluri fuq l-iswed. Ma nafx intliftx go dahna wahda jew b'aktar, wara kollox it-triq kienet imwittija b' assortment t'inbejjed and other thirst-quenching alternatives including Daisy. Nammetti li f'certu hinijiet anke qabel dan kollu bdejt nara ftit roghda fil-boghod.

Illum il-gurnata dhalna fil-gnien Tal-Ewwel b'inqas nies maghna imma b'aktar dehen u jugs vojta x'nimlew. Kif shaqt qabel, l-esperjenza tikber skond kemm tkun il-bod mis-saqaf li tghammar fih. Galadarba hrigt mill-ghatba tad-dar tista' tiftah in-nowtbukk jew tilbes ix-xingards u l-armar tal-ispallejn bhal tar-rugby. Ovvjament jekk issawwarhom minn rajk, ikun tant l-ahjar ghalik... bl-ebda hsieb ta' konfront jew attitude, just biex tinbena isbah u sod. U biex insahhah kliemi, boghod minn taht is-saqaf u barra minn xtutna l-esperjenza tissokta tingemgha b'rata aktar mghaggla. Is-sabih hu meta jibda d-daqq u narmaw niccaqalqu ritmikament mal-muzika. ...put 'em high!



Taf x'kien hemm miktub gol-qoxra mzejtna tad-diska?

The paths of excess lead to the tower of wisdom.