Thursday, September 15, 2005

L-Iben il-Hali

Ma nistax nghid li kien zmien ta' sawm jew nixfa letterarja inkella ghazz irqiq. Imma bi sforzi ma nikteb xej. Imma issa li ergghajt lura lej id-djarju tieghi nhossni tajjeb. Kwazi kwazi nghajjat lil qaddej jaqbad l-ghogol l-imsemmen u jitfghu fuq in-nar...

Matulek ja xahar li ghadda kienu hafna l-episodji helwin li kien messhom inkitbu imma issa l-ftira kienet friska u ttieklet. Anzi baqa' frak ghall-ghasafar xi jnaqqru.

Il-fatt li l-magna li ttini l-opportunita' nidhol fuq dad-djarju kienet fuq il-bank tal-hallieq taghha jghallem ukoll. Bil-mod il-mod bdejt indur lejn il-Ktieb li tant kont inhobb u konna kwazi sibna l-ispark tal-imghoddi meta l-magna regghet giet lura tgharraqli mohhi u ghajnejja. Imma dik il-hajja. Sadattant il-Ktieb jirrabja u jidghi li hu qatt ma cahadni imma madankollu qatt ma tajtu haruf xi jsajjar ma shabu...

Issa s-sajf donnu dar lej il-gwardarrobba jigbor hwejgu u jippakkja xi basktijiet. Qtajt nifsi, miexi bl-ghagla fix-xfarijiet. Kultant anke b'giri tal-imgienen. U issa nitla fuq il-bejt u niccekkja ghax-xitwa qabditx triqitha 'l hawn. Il-tad-dvds kellimtu diga u anke lil tal-heaters. Lil dik li tehodli hsieb il-kontijiet mqaxqxa tal-bank tarraftilha xi haga wkoll. Issa jmissni nsefsef ftit f'widnej it-trevilejgint (avolja jiflah jistenna sas-sena d-diehla).


Lill-qaddej avzajtu jibda jitma' l-ghogol...