Tuesday, February 21, 2006

Il-bierah, il-lum u ghada

Xi haga li tesa' go fiha, mimlija mimlija ha tinfaqa' sakemm icedu l-hitan taghha u hemm tohrog ix-xemx f'zifna wahda mal-qamar jidirsu minn fuq shaba ghal ohra. Jidhru l-istilel jghemzu, jinstema' l-bahar icafcaf, il-gebel jaqbad id f'id mas-sigar. Iz-zkuk jghannqu maghhom l-ilmijiet li jghaddu jigru jilaghbu minn bejniethom. Dawn jilqghu l-ghasafar fi hdanhom u flimkien jaghmlu festin man-nemla, mal-gremxula u mat-tifel zghir.




U l-hitan mifqughin jinhallu fil-haxix hadrani bellusi u jsahhu l-art u jinbtu l-fjuri kollha kuluri.

Friday, February 03, 2006

Ftakar fit-Titans


"...iiil-! Hemm...hemm, dak x'qed nara?

(Joghrok ghajnejh bhal wiehed ghadu kif stenbah minn naghsa fil-fond)




Gebla fuq gebla jitla jrid.., u mhux ta horrox borrox... Monument jaghzel anzi.



U minn mad-dawrien zugraga fuq l-art hamranija, ghal-mixja lej il-Punent mal-ghajta tal-iswed, pass pass sad-Dawl fil-kamra fuq l-gholja tal-bahri.

Bil-wieqfa fuq gix roti, kesha tizbogh il-gisem blu imma mhux lir-rieda tikwi, il-hsejjes mill-limiti tar-Rabat, il-kotra, il-karti tal-loghob u s-serduk u l-fan.

U z-zingla bid-dqiq u l-hmira u bl-iswaba jaghwru bla biza.

...3
...4
...7

Fuq l-iskala Richter.

Ma jiggarrafx. Imma jistriehu f'posthom il-planki.

Is-sulari herqana.