?
"... Harist madwari; rajt il-ward ilellex bl-eluf u jilghab mal-fewgiet ghaddejja; smajt lill-aghsafar mohbijin fix-xuxa tal-fraxxnu u tal-harrub jghannu l-ghanja ferrieha ta' l-imhabba u x-xemx mill-oghli tiddi fuq kollox u bis-shana wtieqa tfittex l-eghruq tal-hajja Dehra helwa! Dehra sabiha li bennitni f'holma ta' poezija u bhal raqqditli s-sensi; izda s-shana tax-xemx ma nizlitx f'qalbi; anqas dijitha ma kisritli d-dalma ili ngabret fuq hsiebi ..."
(Il-Jien u lill-hinn Minnu)
Hajr Dun, hajr, id-daqqa ta dawl ghada stampata f'mohhi!
Bhalu tektikt bl-ghaslug, mxejt qajl qajl, sahansitra dort dawra mejt u ergajt lura. U d-dalma tal-kif u l-ghala hemm baqghet. Imma mbaghad bil-qieghda taht harruba xiha f'Wied Babu, wasalt biex nemmen li wara kollox forsi dik hi li zzomm l-aghma jiehu n-nifs, jghix u jintela' bl-energija ha jfittex aktar u aktar u aktar...
Sitt xhur taru bhal holma fonda f'nofs ta' lejl imma dak iz-zmien nghazaq fit-tajn jinten halla l-girfa tieghu. Illum saret tifkira ta' battalja li nistqarr li minkejja l-ugiegh u t-taqtiegh ta' qalb ghenitni nkun ahjar minn qabilha. U minnhemm giet il-laqgha tal-kunsiliera f'eghluq snini, l-Irxoxt u Sajf hawtiel li skoprejt is-sahha gewwiena tal-Wahdu rebbieh.
Aghma kont u aghma nibqa'!