Friday, April 25, 2008

thousand tears after

Hajja ta’ kelb?

U nharsulha b’disprezz?

Ghax jigri barra?
Ghax irid ifittex jiekol?

Miskin?
Ghax ihalli l-istint gewwieni haj?


U li m’ghandu ‘l hadd jikkmandah?
U li m’ghandu ‘l hadd irid minnu?
U li jista’ jigri, jdur u jhuf kemm irid u x’hin ifettillu?



Miskin dak iz-zaghzugh.
Hitan ta’ l-irham ileqq, jizolqu madwaru.

Suf iniggez ma’ kullimkien, WELCOME fuq sidru
Taht l-ghatba tal-bieb ta’ barra .

Il-profeti kienu ilhom ihabbru imma s-serduk mahnuq, ghaxi ma’ l-art.
Jaqa' u jerga' jqum, kuxxtejh issahhu imma dahru ghejjien
L-irmixk tiela’ jxebblek ma’ saqajh immusklati imma stagnati.




Ghonqu mhux il-boghod
u lanqas il-kanal tan-nifs.






Fil-boghod jinstema' is-sur Lee jkanta minn taht gverta.

I’d love to change the world
But I don’t know what to do,

So I leave it up to you

Tuesday, April 01, 2008

Mars

Lehha ta' berqa qawwija li xeghlet sema imma ghebet sakemm ghajjatt lil siehbek jitfa' harstu lejha.

Hekk zgicca Marzu mill-kalendarju tal-kcina. Lanqas hin ningassaw in-numri kollha.


Bahh.



Fl-istess hin, Marzellu ried juri ruhu u ghamel hiltu kollha biex jaghti fil-ghajn u ma jghaddix qisu xejn.

Id-djamant jilma fuq l-ilma
li jifred lil Malta minn Ghawdex.

Awguri, mara ~36~

Hawwel hafna mill-folla f'teatri ta' ahmar u blu mill-ewwel jiem tieghu, sammar hafna minnhom quddiem il-kaxxa ta' l-istampi l-Hadd ta' wara u ta r-riedni ghal darb'ohra 'l min l-aktar kien haqqu. Qas nifs. Il-Mulej dlonk fakkarna li Hu kien ghadu hemm u li l-qamar kien rega' ghamel id-dawra tieghu, dik li tigborna u tghaqqadna ghalenija biex inxejru l-weraq tal-palm halli nilqghuh fostna minghajr ma nsallbuH. Jekk jista' jkun. Sa mill-ikla ta' l-appostli, migburin kollha ma' mejda f'cenaklu Santa Vendra, is-seba' zjajjar f'kappelli antiki mfewha bil-gizimin tal-Qrendi, wirjiet fil-belt antika tal-kavallieri, sahansitra anke fl-Ort taht is-swar u l-hsejjes ta' ktajjen Mostin. Il-Glorja smajnieha tidwi mill-kant ta' l-eremiti Rabtin wara l-mixja sal-pulptu u l-ghada l-mixja ta' pagan li kkonverta mal-Qawmien.

San Guzepp ma naqasx li jghid tieghu, qalu minn taht l-ilsien kif imdorrijin narawh, f'xatt il-bahar, boghod minn nies u l-agha mal-gamar jaqbdu taht zliezet hoxnin jinxtwew.

Awguri Ma ~53~

Fuq kollox tlajt targa. L-ewwel targa bl-ghajnuna t'Alla u mieghi hadt pjacir nara 'l ta' gewwa jitilghu ukoll.

Rahal twelidi haddanni mieghu fejn l-aktar inhobb u z-zghar ferfru jdejhom bil-ferh u l-bahar izraq.

Grazzi Karm.


Ikun imfahhar Alla.


Fix-xefaq

~30~