Gib Oghli
Bhal dak in-nhar tal-Hawkwind imma did-darba b'certu panaxx. Dak it-tip barra mill-irdoss tar-rahal u l-boghod il boghod. In-natura dahlet tilghab xorta, dhalnielha minn bieb iehor. Qabza 'l bahar u ghawma fit-tul sakemm il-gogi irhhew helu helu u sirna mewga ahna wkoll. Il-gelat roza imhallat bil-frak ta' karaewtt midhun ha hsieb jimla l-energija li hlejna; ma stajniex inhallu l-ahhar ftit raggi tax-xemx dehbiena jehbu minghajr ma ntuhom kaz.
Lura f'dik il-kmajra, stajt nitwahhad mal-ambjent kowzi, nahseb Bob Marley, il-kuluri hodor, sofor u homor u l-pjanta mirquma fuq id-drapp l-iswed jghinu hafna. Xi reggae mill-Lvant mhux tant Imbieghed kien qieghed jizzerzaq helu helu mill-ispijkers u l-birra kiesha mal-osofagu taghna. U hekk ghadda l-ewwel ofstanhar fic-cpar tad-duhhan li minnu hadt anke ghand tal-merca fuq il-kawnter tal-Laham bil-Krisps f'idi u t-tizlig f'ghajnejja.
Kienet b'nofs qalb li hallejt 'il dal-habib li skoprejt matulek ja sena, alkemm dan xej ma jaghti fl-ghajn mill-marka m'idejna u mit-thabbil ta xaghrna
Imma kelli habib iehor jistenna band'ohra u mieghu kelli ninzel lura mal-art biex inkejjel id-drappijiet u nikkalkulaw id-dwal ghal festin tas-sibt li kien imiss. Maghna ssieheb id-Duka deFrak, hlisna u malajr ergajt lura fl-irdoss ghal darbohra din id-darba minghajr il-vibe Gamajkan imma bit-tqanqil gewwieni mnissel mill-ghazla fina tal-Kbir innifsu fuq ix-xema' sewda ddur u taqghad taht it-tingiza tad-djamant. B'cert awtorita fina, qabbad lill-pittura tqatta dahna wara lohra sakemm is-saqaf ma wesghaniex aktar u r-ritratti ma bqajniex narawhom sew sew. Kienet bdiet tahkem l-ghejja u c-cavetta barra gabitna f'sensina li l-hin kien sar.
U b'hekk tar jum helu, ma hbieb li nhobb madwari fuq il-kuxins ta' dil-genna, mar-ritmi mhallta li jaghzlu bejniethom liem naha sejrin jinku u bicctej cikkuluta tal-KitKat.